One year from the passing of Archbishop Emeritus Mgr Joseph Mercieca
17/03/2017-
-
L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tfakkar l‑ewwel anniversarju mill‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca. Nhar it‑Tnejn 20 ta’ Marzu 2017, Solennità ta’ San Ġużepp, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, fis‑6:00 p.m., b’suffraġju għal Mons. Ġużeppi Mercieca. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof ibierek il‑qabar ta’ Mons. Mercieca fil‑Katidral stess.
It‑Tlieta 21 ta’ Marzu, jum l‑anniversarju tal‑mewt ta’ Mons. Mercieca, l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Kappella tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana…
-