New Archpriest for St Helen’s Parish, Birkirkara
15/09/2017-
-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lill‑Monsinjur Paul Carmel Vella bħala Prepostu Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ Sant’Elena, Birkirkara.
Mons. Paul Vella twieled fit‑23 ta’ Settembru 1961, fis‑Siġġiewi. Irċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola tas‑Siġġiewi, u dik sekondarja f’Ħaż‑Żebbuġ. Wara li daħal is‑Seminarju tal-Arċisqof, kompla bl‑istudji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija f’Tal‑Virtù, ir-Rabat, u ggradwa fit‑Teoloġija Pastorali mill‑Università ta’ Malta.
Kien ordnat saċerdot fit‑8 ta’ Lulju tal‑1988, u beda l‑ħidma tiegħu bħala segretarju u kappillan tal‑Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fejn dam għal seba’ snin…