From a curia to a home … more than 400 people join Caritas Malta for the Christmas lunch
26/12/2017-
Għal jum il-Milied, il-Kurja tal-Arċisqof inbidlet f’post ta’ wens. Għat-tielet sena konsekuttiva, Caritas Malta, f’isem il-Knisja f’Malta, fetħet idejha għal dawk il-persuni li m’għandhom lil ħadd ma’ min iqattgħu dan iż-żmien ta’ festi u ferħ.
Grazzi għal Caritas Malta u għall-voluntiera tagħha, aktar minn 400 persuna attendew għall-ikla tal-Milied.
Il-kurituri tal-Kurja nbidlu f’sala kbira tal-ikel: intramaw l-imwejjed, is-siġġijiet, it-tapit l-aħmar, il-platti u l-posati, il-fran u anke tpoġġew l-borom fuq in-nar…