Diocesan Assembly 2017 and the feast of Christ the King
17/11/2017-
Il‑Knisja f’Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana, nhar il‑Ġimgħa 24 u s‑Sibt 25 ta’ Novembru, fil‑Katekumenju, il‑Mosta. It‑tema tal-Assemblea ta’ din is‑sena hi ‘L‑Evanġelizzazzjoni u d‑Djakonija: Lejn Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi’.
Matul l-Assemblea, il‑Vigarju Episkopali għall‑Evanġelizzazzjoni, Fr René Camilleri, ser jintroduċi l-ewwel parti tal-pjan pastorali għall-Arċidjoċesi, dik ta’ proposta ta’ strateġija għall‑evanġelizzazzjoni mifruxa fuq tliet snin. Din tinkludi l‑implimentazzjoni ta’ proġetti f’għadd ta’ parroċċi u skejjel…