Let us love, not with words but with deeds – World Day of the Poor 2017
World Day of the Poor 2017
18/11/2017-
Il‑Knisja f’Malta ser tingħaqad mal‑Knisja Universali biex għada, il‑Ħadd 19 ta’ Novembru, tfakkar Jum il‑Foqra. It‑tema għal din l‑ewwel ċelebrazzjoni ta’ Jum il‑Foqra hi: ‘Inħobbu mhux bil‑kliem imma bl‑għemil’. Kien il‑Papa Franġisku li fi tmiem il‑Ġublew Straordinarju tal‑Ħniena ried li jibda jitfakkar dan il‑jum.
Għal din l‑okkażjoni, 16‑il entità tal‑Knisja li jaħdmu fil‑qasam soċjali, flimkien mal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, ħadu sehem f’attività li saret fi Pjazza San Ġorġ, il‑Belt Valletta…