People’s Sunday pilgrimage in Ħaż-Żabbar
16/02/2018-
Nhar il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Frar 2018, f’Ħaż-Żabbar, ser isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies, bl-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Grazzja.
Il-pellegrinaġġ ser jibda fl-4:15 p.m. u ser jitmexxa mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona OP u wara li tidħol l-istatwa tal-MAdonna fis-Santwarju, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame.
Snin ilu, l-aspett ta’ ringrazzjament u penitenza kien qanqal lil missirijietna biex iżuru u jassistu għad-diversi pellegrinaġġi li kienu jsiru lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar…