Id-Dar tal-Providenza needs your help!
08/06/2018-
Bħalissa fid-Dar tal-Providenza hemm 115-il resident, ilkoll bi ħtiġijiet differenti.
Ta’ kuljum id-Dar tal-Providenza toħroġ medja ta’ €12,000 sabiex tkompli tgħin u tagħti servizz lir-residenti tagħha u lill-kumplament tas-soċjetà Maltija. Dan ifisser li d-Dar toħroġ mal-€100 kuljum għal kull resident.
Iżda sabiex tkompli tagħmel dan ix-xogħol, id-Dar tal-Providenza qed tappella lill-poplu Malti u Għawdxi biex illejla jkun ġeneruż u jagħti donazzjoni waqt il-programm Xarabank, li ser ikun iddedikat kollu kemm hu għall-ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza…