Today the Church celebrates for the 1st time the memorial of Mary Mother of the Church
21/05/2018-
Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra għall-ewwel darba t-tifkira ta’ Marija bħala “Omm il-Knisja”.
Kien il-Papa Franġisku li f’Marzu li għadda ddeċieda li din il-festa għandha tiġi mfakkra t-Tnejn li jaħbat l-għada tal-Għid il-Ħamsin.
Digriet tal-Kongrezzjoni Vatikana għall-Orazzjoni Divina u d-Dixxiplina tas-Sagramenti juri li l-qima lejn Marija bħala Omm il-Knisja għandha għeruq antiki fit-tradizzjoni Kattolika, li twassal sa żmien Santu Wistin u San Ljun il-Kbir…