What did the Pope say about atheists and Christians? Read the full text
03/01/2019-
UDJENZA ĠENERALI
Awla Pawlu VI
L-Erbgħa 2 ta’ Jannar 2019Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u anki s-Sena t-tajba!
Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq il-“Missierna”, imdawlin mill-misteru tal-Milied li għadna kemm iċċelebrajna m’ilux.
Il-Vanġelu ta’ Mattew iqiegħed it-test tal-“Missierna” f’punt strateġiku, fiċ-ċentru tad-Diskors tal-Muntanja (ara 6:9-13). Ħa nosservaw ix-xena: Ġesù jitla’ fuq l-għolja ħdejn l-għadira, u joqgħod bilqiegħda; madwaru għandu ċ-ċirku tad-dixxipli l-iżjed qrib tiegħu, u mbagħad folla kbira ta’ wċuħ anonimi…














