Pope Francis appoints woman to lead Vatican Dicastery for the first time
08/01/2025Sr. Simona Brambilla (Image: Vatican News)
Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Knisja, il-Papa Franġisku ħatar mara li se tkun fit-tmun ta’ Dekasteru fil-Vatikan. Sor Simona Brambilla se tkun qiegħda taqdi l-irwol ta’ Prefett tad-Dekasteru tal-Istituti tal-Ħajja Kkonsagrata u s-Soċjetajiet tal-Ħajja Appostolika flimkien mal-Kardinal Ángel Fernández Artime li se jkun qed jassistiha bħala Pro-Prefett.
Is-soru ta’ 59 sena li hija membru tas-Sorijiet Missjunarji tal-Konsolata u serviet ta’ Superjura Ġenerali tal-istess Kongregazzjoni bejn l-2011 u l-2023, ilha segretarja tad-dipartiment tal-Vatikan għall-ħajja reliġjuża u kkonsagrata minn Ottubru tal-2023… Read more »