Christians from different Churches sing hymns of praise translated into Maltese
26/06/2019-
Il-Ġimgħa, 14 ta’ Ġunju 2019, saret laqgħa ekumenika organizzata minn Christians Together in Malta, il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana u l-MaltaPraise Project. Din saret fit-Teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi, f’Birkirkara.
L-għan tal-laqgħa kien li Nsara minn Knejjes u Tradizzjonijiet differenti jinġabru flimkien biex ikantaw innijiet reliġjużi. Ħafna minn dawn l-innijiet kienu mit-Tradizzjoni Riformata, u nqalbu għall-Malti minn Joe C. Aquilina. Ma kienx hemm korijiet, imma l-assemblea kollha kantat flimkien fl-istil ta’ congregational singing…














