Madonna ta’ Pinu’s mosaic image inaugurated in Nazareth
17/09/2018-
Nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Settembru 2018, festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, ġiet inawgurata xbieha fil-mużajk tal-Madonna Ta’ Pinu, fis-Santwarju tat-Tħabbira tal-Mulej, f’Nazaret.
Din ġiet inawgurata mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech fit-tieni jum ta’ pellegrinaġġ djoċesan ta’ għaxart ijiem fl-Art Imqaddsa flimkien mal-Patrijiet Franġiskani Minuri, li fih qed jieħdu sehem fuq mija u ħamsin pellegrin mill-gżejjer Maltin.
Ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu nħadmet riċentement minn Dun Roberto Gauci u Joseph Borg miċ-Ċentru tal-Arti Liturġika Eikon…