Maltese altar boys spending Christmas with Pope Francis
26/12/2018-
Għall-ewwel darba l-Għaqda tal-Abbatini Maltin intalbet mill-Pre-Seminarju tal-Vatikan biex għal dan il-Milied tibgħat abbatini Maltin jaqdu fil-Quddies li jsiru fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Dun Frans Bonnici, id-Direttur tal-Għaqda Abbatini Maltin laqa’ bil-ferħ din l-istedina. Hekk ukoll l-abbatini u l-ġenituri tagħhom kienu ferħanin li l-abbatini jilqgħu din l-istedina. Grupp ta’ abbatini bħalissa qegħdin fil-Vatikan għas-servizz liturġiku u nhar il-Ġimgħa, grupp ieħor ser imur il-Vatikan għall-ġranet ta’ qabel u wara l-Ewwel tas-Sena…