Diocesan Assembly 2018
15-il sena mis-Sinodu Djoċesan
14/11/2018-
L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, nhar il‑Ħamis 22 u l‑Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2018. L‑Assemblea ser issir fil‑Katekumenju, il‑Mosta, fejn kien sar is‑Sinodu Djoċesan.
L‑Arċisqof ried li matul din l‑Assemblea, 15‑il sena minn tmiem is‑Sinodu Djoċesan, issir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu li sar bejn l‑1999 u l‑2003. Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja ser tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku…