‘Boost’ for Catholic youth in Malta
28/03/2019-
Madwar 130 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw f’seminar ta’ ġurnata bl‑isem ta’ ‘Boost’, li ġie organizzat mill‑entità tal‑Knisja għaż‑żgħażagħ ‘MCYN’ (Malta Catholic Youth Network). L‑attività saret f’Esplora, iċ‑Ċentru tax‑Xjenza Interattiva, f’Bighi.
L‑għan tas‑seminar kien li ż‑żgħażagħ ikollhom l‑opportunità jiddiskutu temi attwali u jaqsmu l‑esperjenzi ta’ kif iwasslu l‑fidi lil żgħażagħ oħra biex ikunu missjunarji tal‑Bxara t‑Tajba. Għas‑seminar attendew żgħażagħ u youth leaders impenjati fil‑Knisja minn diversi gruppi taż‑żgħażagħ f’Malta u Għawdex…