550 people join Caritas Malta for Christmas lunch
27/12/2018-
Ftit iktar minn 550 persuna attendew għall-ikla li Caritas Malta għamlet f’Jum il-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta ħadet ħsieb torganizza din l-ikla għal dawk li jinsabu weħidhom jew li m’għandhomx biżżejjed mezzi jew bla saqaf fuq rashom.
Għall-ikla tal-Milied attendew ukoll fost l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-President Emeritus George Abela, in-Nunzju Appostoliku Alessandro D’Errico, l-Arċisqof Charles J…