Social agreement between Fondazzjoni Sebħ and the Ministry for the Family
23/01/2019-
L-entità tal-Knisja ‘Fondazzjoni Sebħ’, li kienet magħrufa bħala Kummissjoni Ejjew Għandi, iffirmat ftehim soċjali mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Il-ftehim ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Alfred Griscti, u mid-Direttur tal-Fondazzjoni Sebħ Andrew Azzopardi f’isem l-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Il-ftehim ta’ finanzjament fuq medda ta’ tliet snin ikopri erbat idjar tal-Knisja fi ħdan il-Fondazzjoni Sebħ, li lkoll jagħtu servizz u sapport kbir lil tfal u adolexxenti li huma vittmi bla ħtija, bil-konsegwenza li jkollhom joħorġu minn ambjent diffiċli…