Supplication to Our Lady of Pompeii
08/05/2019-
O Kbira Sultana tal-vittorji, O Verġni l-aktar għolja fis-sema, għall-isem qawwi tiegħek jifirħu s-smewwiet, jitriegħed l-infern; O Sultana glorjuża tar-Rużarju mqaddes, aħna, uliedek ixxurtjati li inti għażilt biex iwaqqfulek tron f’Pompej, ninxteħtu għarkopptejna f’riġlejk f’dan il-jum ta’ festa kbira li jfakkarna fit-tqegħid tal-ewwel ġebla tas-santwarju tiegħek, jum li fih bdew it-trijonfi tiegħek fuq l-art li dari kienet art l-allat foloz u d-demonji; id-dmugħ ta’ għajnejna jurik l-imħabba li qiegħda tixgħel fi qlubna, b’kunfidenza ta’ wlied nuruk il-faqar tagħna…