Wiċċ ġdid għall-grawnd tal-futbol tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesù l-Mosta
30/07/2019-
Il-grawnd tal-futbol tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesù fil-Mosta ġie inawgurat mill-President tal-Assoċjazzjoni għall-Futbol Malti (MFA) Bjorn Vassallo u tbierek mill-Arċipriet Dun Sebastian Caruana. Il-proġett sar b’investiment ta’ madwar €50,000 mill-MFA bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa tal-Mosta u Mosta Gunners Amateur Sports Club.
L-MFA ffinanzjat biex isiru dawn ix-xogħlijiet fuq il-grawnd 6A-side: il-qligħ ta’ żewġ saffi ta’ turf sintetiku, tindif tal-kanali tal-ilma, tranġar u livellar tal-art qabel ma tpoġġa t-tapit il-ġdid tat-turf, tqegħid ta’ tapit sintetiku ġdid u tibdil tas-sistema ta’ dwal…