Eurocamp 2019 – No Space for Poverty!?
16/08/2019-
X’ġimgħa kienet! L-ewwel ma waslu kienu l-Ispanjoli, imbagħad ir-Rumeni u l-Albaniżi, u ftit sigħat wara waslu l-Litweni, id-Daniżi, il-Belġjani, il-Ġermaniżi u l-Islovakki. Kulħadd kien għajjien imma kulħadd kien eċitat biex jibda l-Fimcap EuroCamp 2019: No Space for Poverty?! organizzat miż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika) hawn Malta.
60 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ etajiet bejn is-16 u l-20 sena, ġejjin minn disa’ pajjiżi differenti madwar l-Ewropa, kollha organizazzjonijiet membri tal-FIMCAP (Fédération Internationale des Mouvements Catholiques d’Action Paroissiale) kienu jafu li matul din il-youth exchange kienu se jagħmlu ħbieb ġodda, u li kienu se jiddiskutu u jitgħallmu dwar it-tema magħżula tal-faqar u l-esklużjoni soċjali…