ŻAK House becomes a home for six hospital workers
30/03/2020 ŻAK House, BirkirkaraL-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) laqgħet fiż-ŻAK House f’Birkirkara (post attrezzat għall-gruppi ta’ żgħażagħ biex jorganizzaw live-ins u skambji), sitt ħaddiema tal-isptar, mingħajr ħlas, sabiex ikunu jistgħu jipproteġu l-familji u qraba tagħhom li jgħixu fi djarhom matul din is-sitwazzjoni diffiċli.
Għal żewġ radjografi, żewġ fiżjoterapisti, infermiera u tabib, bħalissa ż-ŻAK House saret ir-residenza permanenti tagħhom. Ma kinitx deċiżjoni faċli għalihom li jitilqu u jħallu lill-familji tagħhom warajhom, b’xi wħud anke jħallu tfal żgħar warajhom mingħajr ma jafu meta ser jerġgħu jgħannquhom. Iżda ma kellhomx għażla oħra… Read more »











