The Franciscan friars celebrate the Provincial Chapter
16/09/2019-
Bejn id-9 u t-13 ta’ Settembru, il-Provinċja Maltija ta’ San Pawl Appostlu tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali ċċelebrat it-30 Kapitlu Provinċjali Ordinarju fiċ-Ċentru Kulturali Franġiskan, Birkirkara.
Matul il-ġimgħa tal-Kapitlu l-patrijiet talbu flimkien u rriflettew dwar il-ħajja tal-Provinċja. F’dan il-Kapitlu, ippresedut mill-Ministru Ġenerali tal-Ordni Patri Carlos Alberto Trovarelli u fil-preżenza tal-Assistent Ġenerali Patri Giovanni Voltan, saru wkoll l-elezzjonijiet tal-Ministru Provinċjali u tal-Kunsill tiegħu…