Remembering the 100th anniversary of the beginning of the Maltese Jesuits in India
28/02/2025Ritratt: Times of Malta
Aktar minn 100 sena ilu, żewġ Ġiżwiti Maltin tal-Provinċja Siċiljana tal-Kumpanija ta’ Ġesù marru lejn l-Indja biex iwasslu l-missjoni tagħhom bħala reliġjużi f’din l-art.
Sabiex wieħed isir Ġiżwita, huwa meħtieġ li jieħu erba’ voti: tal-faqar, tal-kastità, tal-ubbidjenza, bir-raba’ vot speċifikat għall-ubbidjenza fir-rigward tal-missjoni madwar id-dinja.
F’Ottubru tal-1924, il-Maltin Patri Anton DeBono u l-istudent Bernard Bugeja, flimkien ma’ student Ġiżwita ieħor Siċiljan Giuseppe Cordaro ħallew l-Ewropa biex marru lejn dan il-pajjiż enormi li jinsab madwar 6,356 kilmoetru ‘l bogħod mill-gżejjer Mediterranji… Read more »