The Gozo Diocese thanks the Lord for the episcopal ministry of Bishop Mario Grech
28/08/2020Il-Knisja f’Għawdex ilbieraħ il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2020, raddet ħajr lil Alla għall-ħmistax-il sena tal-ministeru tal-E.T. Mons. Mario Grech bħala Isqof ta’ Għawdex. Huwa kien ġie kkonsagrat minn idejn il-predeċessur tiegħu l-mibki Nikol Ġ. Cauchi fit-22 ta’ Jannar 2006. F’Ottubru li għadda l-Papa Franġisku sejjaħlu biex ikun is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet f’Ruma, uffiċċju li Mons. Grech issa jidħol fih uffiċjalment mill-bidu ta’ Settembru.
Fil-Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr, li nżammet fir-Rotunda Parrokkjali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, ħadu sehem ukoll l-Isqfijiet Anton Teuma ta’ Għawdex, Charles J… Read more »