Ritratt: Google Earth
Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq turi s‑sodisfazzjon tagħha għad‑deċiżjoni tal‑Awtorità tal‑Ippjanar, li Villa Frere fi Gwardamanġa tingħata l‑ogħla grad ta’ protezzjoni. Daqstant ieħor ta’ min ifaħħar il‑ħruġ ta’ linji gwida bil‑ħsieb li tingħata attenzjoni akbar lill‑binjiet skedati u monumenti, meta jkunu qed jiġu proċessati applikazzjonijiet għal żvilupp qribhom. (Il‑KA tittama biss li l‑ispirtu ta’ dawn il‑linji gwida ma jkunx imminat mill‑membri tal‑kummissjonijiet li jiddeċiedu fuq l‑applikazzjonijiet ta’ żvilupp.)
Jekk irridu li kull żvilupp li jsir ikun bil‑għaqal u sostenibbli, kif jidher li jixtieq il‑Ministru għall‑Ambjent, it‑Tibdil fil‑Klima u l‑Ippjanar Aaron Farrugia, ma jistax jonqos li jkollna ppjanar aktar intelliġenti milli kellna sa issa, u l‑KA tapprezza r‑rieda tajba ta’ dan il‑ministeru minn dan l-aspett… Read more »