Pope spends a restful night on his 10th day in hospital
24/02/2025Photo: Jesús Orozco
Fi stqarrija mis-Sala Stampa tas-Santa Sede intqal li l-Papa Franġisku kellu lejl ta’ mistrieħ fl-għaxar jum tiegħu fl-Isptar Ġemelli f’Ruma fejn qed jiġi rikoverat minħabba pulmonite doppja.
Fl-aġġornament mediku ta’ lbieraħ intqal li għadu f’qagħda kritika. L-istqarrija kompliet tgħid li l-Papa qed jirċievi l-ossiġnu artifiċjali u jinsab konxju.
F’komunikat lill-ġurnalisti ġie sostnut li l-kumplessità tal-istat kliniku kif ukoll minħabba stennija meħtieġa għat-terapiji farmakoloġiċi, huwa meħtieġ li l-pronjosi tibqa’ kunfidenzjali… Read more »