Concert inaugurates the restoration of Dominican Church titular painting in Vittoriosa
21/08/2025 The Church of the Annunciation, BirguFl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tar-restawr li sar fuq il-kwadru ta’ Sidtna Marija Annunzjata fil-Knisja ta’ San Duminku fil-Birgu, se jittella’ kunċert bid-direzzjoni tas-Surmast Stephen Camilleri, nhar il-Ħadd 24 t’Awwissu 2025 fis-7:15pm. Matul il-kunċert, Valentina Lupo minn Atelier del Restauro Ltd, se tagħti spjegazzjoni dettaljata dwar il-proċess tar-restawr u Rev. P. Tonio Mallia Milanes OP se jagħmel diskors tal-okkażjoni. Dakinhar se jkun espost fil-knisja l-abbozz tal-istess pittura.
Il-kwadru ta’ Marija Annunzjata sar fl-1959 mill-artist Emvin Cremona biex ikun il-kwadru titulari tal-knisja l-ġdida tad-Dumnkani fil-Birgu… Read more »