Vocations Day 2021
24/04/2021Nhar il‑Ħadd li ġej, 25 ta’ April 2021, ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid, huwa l‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Dakinhar l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Fil‑quddiesa se jieħdu sehem saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u seminaristi li huma responsabbli mill‑ħidma vokazzjonali, kif ukoll żgħażagħ li jieħdu sehem fl‑attivitajiet li jorganizza ċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof… Read more »