Restoration of seven paintings in the Oratory of Our Lady of Charity in Valletta
08/06/2022 The Collegiate of St Paul's Shipwreck, VallettaĠie inawgurat proġett ta’ restawr li sar fuq sett ta’ seba’ pitturi li jinsabu fl-Oratorju tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Karità. Din il-Konfraternità hi eretta fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta.
L-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett saret il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju, mill-Arċisqof Charles Scicluna, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karità. Dakinhar l-Arċisqof Scicluna qaddes quddiesa solenni fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu.
Is-seba’ kwadri li ġew irrestawrati minn PrevArti, jikkonsistu f’sitt kwadri ta’ Giuseppe d’Arena li jinsabu mwaħħlin mal-ħitan tal-Oratorju u t-titular tal-Oratorju li jirrappreżenta l-ġrajja tat-Tieġ ta’ Kana… Read more »