News

Tal-Ibwar centre blessed and inaugurated

  Tal-Ibwar therapeutic centre, Siġġiewi

L-ewwel ċentru terapewtiku f’Malta għall-adolexxenti li jabbużaw mid-droga ġie inawgurat it-Tlieta 23 ta’ Novembru, 2021. Iċ-Ċentru tal-Ibwar, li ġie ddisinjat biex joffri l-aqwa u l-aħjar fir-rijabilitazzjoni taż-żgħażagħ, se jkun qed joffri programmi residenzjali u oħrajn ta’ matul il-jum għal aktar minn 20 żgħażagħ bejn it-12 u s-17-il sena.

Fiċ-ċentru, li hu mgħammar b’faċilitajiet moderni, sportivi, akkademiċi u ta’ snajja’, se jingħataw servizzi psikosoċjali lir-residenti u lill-familji tagħhom ukoll, biex l-għajnuna tingħata tkun waħda ħolistika… Read more »

An open space for families at Tal-Pietà church

  The Parish Church of Our Lady of Fatima, Tal-Pietà

Se jsir proġett ġdid ta’ tħaddir urban fi spazju miftuħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima, Tal-Pietà. Fi stqarrija tal-Ministeru għall-Ambjent intqal li dan se jservi bħala spazju miftuħ sostenibbli li se jiġi implimentat minn Ambjent Malta.

Dan il-proġett tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia li spjega li dan se jsir b’ investiment ta’ iktar minn €100,000 jinkludi l-ħolqien ta’ spazju miftuħ aħdar, l-installazzjoni ta’ tankijiet tal-ilma li jistgħu jaħżnu madwar 15,000 litru ilma tax-xita, sistema ta’ tisqija u sistema tad-dawl ġdida… Read more »

Pope at Angelus: To reign is to serve

  The Vatican

Dear brothers and sisters, buongiorno!

The Gospel from today’s liturgy, the last Sunday of the Liturgical Year, ends with an affirmation made by Jesus who says: “I am a king” (Jn 18:37). He pronounces these words in front of Pilate, while the crowd shouts out that he be condemned to death. He says: “I am a king”, and the crowd cries out that he be condemned to death… Read more »

Art exhibition in aid of Dar tal-Providenza

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza li qed tittella’ fil-foyer tal-Parlament ta’ Malta.

Il-wirja, li se ddum miftuħa sas-26 ta’ Diċembru, tinkludi arti li se jinbiegħu permezz ta’ rkant li se jsir onlajn fl-1 ta’ Jannar.

Aktar informazzjoni dwar l-irkant jista’ jinkiseb billi żżur is-sit elettroniku tad-Dar tal-Providenza www.dtpauction.com kif ukoll www.belgraviaauctions.com.

Il-pubbliku jista’ jżur din il-wirja fil-Parlament ta’ Malta, matul il-ġimgħa bejn id-9.00am u l-5.00pm u s-Sibtijiet u l-Ħdud bejn id-9.00am u n-12.30pm. 

L-Ispeaker, fid-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni, faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu għall-kura tal-morda u favur il-persuni b’diżabilità. 

Semma wkoll kif il-Monsinjur kien għalliem, u xandar u farraġ lill-morda, lill-persuni b’diżabilità u lil qrabathom, filwaqt li kien jisħaq li l-persuni b’diżabilità għandhom jiksbu r-rispett li jixraqilhom u jingħataw l-għajnuna ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża… Read more »

Graduation Mass of the Institute of Pastoral Formation courses

  St Paul's Cathedral, Mdina

Help the Archdiocese carry out its mission Donate »

Follow today’s Mass readings from here.

Prayer for Spiritual Communion

My Jesus, I believe that you are present in the most Blessed Sacrament.
I love You above all things.
I desire to receive You into my soul.
Since I cannot now receive You sacramentally,
come at least spiritually into my heart… Read more »

The consecration of this altar is a sign of hope – The Archbishop

Mass on the consecration of the altar

  The chapel of the Convent of the Augustinian Sisters, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Għax il-Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh” (Ġw 4:23). Ejjew nieqfu ftit fuq din l-espressjoni li Ġesù jgħid lis-Samaritana fir-raba’ kapitlu ta’ San Ġwann. “Il-Missier ifittex lil dawk li jadurawh” (Ġw 4:23). Mhux biss jafna sa mill-eternità u ħalaqna, imma donnu jogħxa bil-qima li nagħtuh; ifittixha, u jfittex lil dawk li jqimuh.

Niftakru f’espressjoni oħra ta’ Ġesù, din id-darba minn fuq is-salib: “Għandi l-għatx!” (Ġw 19:28)… Read more »

Live: Diocesan celebration on the solemnity of Christ the King

  The Basilica of Christ the King, Paola

Illum il‑Ħadd li ġej, 21 ta’ Novembru 2021, il‑Knisja Kattolika qed tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re. L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill‑Insara jingħaqdu magħhom għal din iċ‑ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5pm u ser issir fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar). Qabel iċ‑ċelebrazzjoni ser ikun hemm servizz ta’ qrar u wara jkun hemm quddiesa… Read more »

The Church in Malta strengthens its process of listening to continue welcoming everyone

  ĊAK Hall, Birkirkara

Ilbieraħ filgħaxija l-Arċisqof Charles Scicluna ppresieda l-Assemblea Djoċesana 2021 li nediet t-tieni sena tal-proċess ekkleżjali ta’ Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed: Knisja li tisma’ hi Knisja li tilqa’, b’rabta mal‑mixja sinodali lejn is‑Sinodu tal‑Isqfijiet li se jsir fl‑2023.

L-Assemblea nfetħet mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi li ta rendikont dwar dak li twettaq matul l-aħħar sena mill-proċess Knisja li Tisma’Read more »

Pope: Justice and peace must overcome political, economic contradictions

The Vatican Dicastery for Promoting Integral Human Development hosted a two-day online conference for Justice and Peace Commissions of national Catholic Bishops’ Conferences.

Daniel Darmanin and Mark Cachia from Justice and Peace (Malta) joined other participants from Europe, Africa, Oceania and Asia in an online conference for Justice and Peace Commissions which was hosted on Wednesday 17th and Thursday 18th November and focused on the challenges and possibilities facing humanity in the post-pandemic world… Read more »

Photos: Church property turned into a dementia day-night care respite centre

  Dun Karm Lia Centre, Ħal Safi

L-Erbgħa 17 ta’ Novembru 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna bierek proprjetà tal-Knisja f’Ħal Safi li nbidlet f’ċentru li se joffri servizz ta’ respite lejl u nhar lill-persuni bid-dimensja. Iċ-ċentru se jkun qed jipprovdi appoġġ lil madwar 60 persuna fil-ġimgħa.

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onor. Ministru Michael Farrugia, Sindku Johan Mula, għażiż Kappillan Dun David Farrugia, nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom… Read more »