Watch: Live-in for parish priests 2022 – A welcoming Church, an inclusive Church
07/06/2022Il‑kappillani tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta rriflettew fuq it‑tema ‘Knisja li tilqa’, Knisja inklussiva’, waqt il‑live‑in annwali. Huma ddiskutew kif bħala saċerdoti jista’ jkollhom attitudni pastorali li dejjem tilqa’ lill‑persuni ta’ madwarhom billi jkunu inklussivi fi kliemhom, fl‑atteġġjament tagħhom u fid‑deċiżjonijiet li jieħdu, kemm mal‑persuni li huma midħla tal‑Knisja u anke dawk li mhumiex. ‘Knisja li tilqa’ hi t‑tieni tema tad‑dokument ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑Arċidjoċesi Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed.
L‑ewwel jum tal‑live‑in li sar fis‑Seminarju tal‑Arċisqof beda b’messaġġ mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna li tkellem dwar l‑isfond bibliku tal‑kelma ‘tilqa’… Read more »