Miguel Mifsud takes on 100-mile challenge for Caritas Malta
03/04/2025Ritratt: Caritas Malta
Miguel Mifsud, li sena ilu għamel ġirja ta’ 100 kilometru madwar il-kosta ta’ Malta, dis-sena se jidħol għal sfida ħafna ikbar b’ġirja ta’ 100 mil, b’405 dawra mat-trakka tal-Mediterranean College of Sport bejn il-11 ta’ filgħodu tal-5 ta’ April, sal-11 ta’ filgħodu tal-għada 6 ta’ April, b’risq Caritas Malta.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, rringrazzja lil Miguel Mifsud għall-impenn tiegħu u l-messaġġ ta’ tama li qed jgħaddi lil dawk li jixtiequ jinħelsu mid-dipendenza, billi jinkoraġġixxu l-attività fiżika bħala alternattiva… Read more »