Let us not lose heart in prayer – The Archbishop
Mass on the 20th Sunday in Ordinary Time
16/08/2026 The Archbishop's Palace Chapel, MdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Din il-mara hija omm; għandha tifla maħkuma mix-xitan, mill-ħażen; tifla li hija lsira tal-ħażen. Għalkemm mhijiex Lhudija, f’Ġesù għarfet lill-Mulej: “Ħenn għalija, Mulej” (Mt 15:22). Tirrikonoxxi li huwa Bin David, taf min hu, taf lil min qed titlob. Kull meta tkellmu, tkellmu b’umiltà kbira, imma wkoll b’għarfien kbir ta’ min qed titkellem miegħu – il-Mulej.
L-istint tagħha ta’ omm iġagħlha tippersisti u tinsisti, ma taqtax qalbha; bħalma, meta xi ħadd qed jitlob pjaċir għal xi ħadd ieħor, b’xi mod tagħmel wiċċek iżjed, għax mhux għalik qed titlob, imma għal uliedek… Read more »














