Homilies by the Auxiliary Bishop

The Lord is the light that leads us in the dark – Bishop Galea-Curmi

Special Mass transmitted live

  The Church of the Annuciation, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’din l-istorja twila tal-fejqan ta’ wieħed għama mit-twelid, żgur li ninnutaw kif mill-istorja kollha, hemm ftit versi biss li juruna l-miraklu li għamel Ġesù – meta għamel ftit tajn, għamlu ma’ għajnejn l-għama u qallu biex jinħasel, u mbagħad ġie jara. Il-bqija tal-istorja qisha investigazzjoni ta’ dan l-għama.

Hemm ħaġa partikulari li żgur ninnutaw f’din l-istorja kollha: hemm bidla li sseħħ f’dan li kien għama… Read more »

God have mercy on me a sinner – Bishop Galea-Curmi

Special Mass dedicated to the health workers

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għandna din l-istorja ta’ tnejn min-nies, il-fariżew u l-pubblikan, li t-tnejn kienu nies li jemmnu. It-tnejn kienu jemmnu f’Alla u għalhekk marru t-tempju. Imma Ġesù, meta jgħid din l-istorja u jqabbel it-tnejn, jurina l-attitudni differenti fit-talb u fil-qalb ta’ dawn it-tnejn.

Il-fariżew fit-tempju jirringrazzja lil Alla – imma ħlief l-ewwel kelma, ma jirringrazzjax lil Alla għall-ġid li għamel miegħu, ma jersaqx lejh bi gratitudni… Read more »

Our love for God leads us to love others – Bishop Galea-Curmi

Special Mass dedicated to those who died with the Coronavirus

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-mistoqsija liema hu l-ewwel jew liema hu l-akbar kmandament fost il-kmandamenti kollha kienet mistoqsija li jħobbu jiddiskutuha fi żmien Ġesù. Għalhekk meta wieħed mill-kittieba ġie jistaqsi lil Ġesù, ried ikun jaf x’jaħseb Ġesù. Dak iż-żmien, minbarra l-10 kmandamenti, kellhom mijiet ta’ liġijiet. Ried ikun jaf x’jaħseb Ġesù fuq liema hu l-ewwel kmandament.

Ġesù fit-tweġiba, flok jgħidlu wieħed, isemmilu tnejn… Read more »

St Joseph shows us how to live in a time of crisis – Bishop Galea-Curmi

Special Mass & rosary transmitted live on the feast of St Joseph

  Church of the Nativity of Our Lady, Rabat

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

San Ġużepp huwa l-qaddis li fl-Evanġelju nsibuh kważi dejjem f’mument ta’ kriżi. Mhux kriżi li ħoloqha hu, imma kriżi li tiġi ma’ wiċċu. L-Evanġelju tal-lum hu każ minnhom: hu ma setax jifhem x’qed jiġri, kif Marija kien se jkollha tarbija. Imma anke meta twieled Ġesù, rah jitwieled f’għar. Wara li twieled, kellu jitlaq lejn l-Eġittu minħabba li Erodi kien qed ifittex li joqtol lil Ġesù… Read more »

Let’s forgive from our hearts -Bishop Galea-Curmi

Special Mass for the families of health workers

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi n-numru 77, għall-mistoqsija ta’ Pietru xi kemm-il darba jrid jonqsu ħuh biex jaħfirlu, ma kienx qed isemmi dan in-numru bħala limitu – Pietru semma’ sebgħa u hu 77. Imma l-kelma 77 tfisser li għandek taħfer mingħajr limitu, li għandek taħfer dejjem.

Pietru fehem dan. Kien sema’ lil Ġesù jitkellem fuq il-maħfra u kemm il-maħfra hi importanti għal min ikun dixxiplu ta’ Ġesù… Read more »

Nagħmlu dak li hu sewwa – L-Isqof Galea-Curmi

Special Mass for the people that are alone

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tolqotna ħafna f’din il-ġrajja r-reazzjoni ta’ dawk li kienu qegħdin jisimgħu lil Ġesù. Iktar u iktar tolqotna meta aħna niftakru li dan ir-rakkont hu parti minn rakkont itwal fejn l-ewwel juri lil Ġesù li jidħol fis-sinagoga – kien fil-bidu tal-ministeru tiegħu – u hemmhekk jikkwota lill-Profeta Iżaija: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, bagħatni nwassal il-ħelsien lill-imjassrin, il-Bxara t-Tajba lill-fqajrin, id-dawl lill-għomja, il-ħelsien lill-maħqurin, u n-niedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Ir-rakkont jgħid li meta semgħuh jgħid dan, in-nies laqgħu bil-qalb dil-kelma u stagħġbu b’dan il-kliem kollu ħlewwa tiegħu… Read more »

Fasting that pleases God – Bishop Galea-Curmi

Mass on a Lent retreat for the employees of the Curia, Caritas and Ecclesiastic Tribunal

  Porziunkola House, Baħar iċ-Ċagħaq

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Id-djalogu li hawn, fl-ewwel qari mill-Profeta Iżaija, bejn il-bniedem u Alla, huwa ta’ dawl għal ħajjitna. Il-Profeta juri lin-nies il-kuntrast li hemm bejn il-mod kif huma jħarsu lejn is-sawm, u dak li Alla jrid bis-sawm.

Min-naħa tan-nies hemm qisu lment indirizzat lejn Alla: aħna nsumu, u int qisek ma tindunax, ma tagħtix każ: “Għaliex somna, u int ma ħaristx? … Read more »

He sees what is hidden

Mass on Ash Wednesday

  Chamber of Advocates, Courts of Justice, Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li nagħmel riflessjoni qasira fuq il-kelma li qal Ġesù, ripetuta kemm-il darba fl-Evanġelju llum: “Missierek li jara dak li hu fil-moħbi…”

Waħda mid-differenzi kbar li hemm bejn ħajja Nisranija li ngħixuha bis-serjetà u ħajja Nisranija tal-isem biss hi l-konvinzjoni li hemm Alla Missierna li jara dak li hu fil-moħbi. Din tgħodd kemm għat-tajjeb li nagħmlu u kemm għall-ħażin li ma nagħmlux… Read more »

An important contribution by the Catholic Action to Maltese society – Bishop Galea‑Curmi

Mass celebrating the 90th anniversary of Azzjoni Kattolika in Malta

  St Sebastian Parish Church, Qormi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li magħkom nirringrazzja lil Alla għal dawn id-90 sena ta’ Azzjoni Kattolika f’Malta.  Speċjalment għall-ġid li l-Azzjoni Kattolika għamlet fis-soċjetà Maltija kemm f’ħidma diretta, bħalma hi l-ħidma fil-qasam tad-djakonija, imma wkoll bil-formazzjoni ta’ nies li mbagħad kienu għas-socjetà Maltija bħall-melħ li jagħti t-togħma u bħal dawl li juri t-triq anke f’mumenti ta’ dlam. Nies iffurmati li għamlu differenza fis-soċjetà Maltija tul is-snin… Read more »

Cherishing those who are vulnerable and weak – Bishop Galea-Curmi

Mass on World Day of the Sick

  The Sanctuary of St Therese, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku, li se jkollna x-xorti li nilqgħuh fostna Malta fil-31 ta’ Mejju, nhar Għid il-Ħamsin, ftit ġranet ilu ħareġ messaġġ għall-okkażjoni tal-lum – it-28 Jum Dinji tal-Morda. F’dan il-messaġġ jirrifletti fuq il-kliem ta’ Ġesù: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

Nixtieq li nirriflettu fuq dan il-kliem ta’ Ġesù u naraw ir-rabta tiegħu ma’ dan l-Evanġelju skont San Ġwann li għadna kemm smajna, magħruf bħala tat-Tieġ ta’ Kana… Read more »