Homilies by the Auxiliary Bishop

He believed in Jesus – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Miracles, Ħal Lija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Emmen il-kelma li qallu Ġesù”. Dan hu li naqraw fuq dan l-uffiċjal tas-sultan fl-Evanġelju skont San Ġwann illum. L-uffiċjal li ġie l-Galilija jfittex lil Ġesù biex jitolbu jfejjaqlu lil ibnu għax kien marid u wasal fl-aħħar. Għamillu talba ħerqana lil Ġesù: “Inżel, Mulej, qabel ma jmutli t-tifel”. Hi talba tassew ħierġa minn qalb maqsuma, li tqiegħed quddiem Ġesù x-xewqa li hu jmur ma’ dan ir-raġel id-dar ħalli jfejjaqlu t-tifel… Read more »

A compassionate and forgiving heart – Bishop Galea-Curmi

Mass on the fourth Sunday of Lent

  The Chapel of Our Lady of Miracles, Ħal Lija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din l-istorja li smajna fl-Evanġelu llum, tant magħrufa u tant sabiħa, bqajna nafuha bħala l-parabbola “tal-Iben il-Ħali”. Forsi jkun aħjar kieku nsejħulha, kif il-Papa Franġisku jispjega b’mod sabiħ ħafna, il-parabbola “tal-Missier il-Ħanin”, għax Ġesù qal din il-parabbola proprju biex juri li Alla hu Missier ħanin. Kienet b’reazzjoni għal dak li qalu l-Fariżej u l-Kittieba, li kienu raw il-pubblikani u l-midinbin sejrin għandu, u gergru u qalu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan! … Read more »

No longer confused – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Annunciation of the Lord

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għal dan il-kliem tħawdet”. Nixtieq li nieqfu ftit illum fuq dawn il-kelmiet mill-Evanġelju skont San Luqa fejn qed jiddeskrivi l-ewwel reazzjoni ta’ Marija għall-kliem tal-anġlu Gabrijel. Għalfejn tħawdet? Aħna kultant ngħidu li tħawdet għax qatt ma kienet qed tistenna din l-aħbar – li se ssir Omm Alla. Imma fil-fatt meta l-Evanġelju jgħid “għal dan il-kliem tħawdet”, kien għadu lanqas qalilha l-anġlu bl-aħbar li se tkun Omm Alla… Read more »

God is my power – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Annunciation of the Lord

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“L-‘Iva’ li ħarġet mill-Qalb tiegħek feħet il-bibien tal-Istorja għall-prinċep tas-Sliem.” Din is-sentenza hi meħuda mit-talba ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija li l-Papa Franġisku fassal għal din il-ġurnata u se jgħid illejla fil-Bażilka ta’ San Pietru. U din is-sentenza tfisser tant tajjeb din il-festa speċjali li qed niċċelebraw illum.

Illum niċċelebraw it-Tħabbira tal-Mulej, li hu disa’ xhur qabel il-Milied – bħal-lum disa’ xhur il-festa tal-Milied, 25 ta’ Diċembru… Read more »

Driven out of town because he told the truth – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tolqotna r-reazzjoni vjolenti tan-nies li fis-sinagoga kienu qed jisimgħu lil Ġesù. Meta semgħuh, jgħidilna l-Evanġelju, dawn qamu, ħarġuh ’il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Verament vjolenti! Lanqas tgħid, pereżempju, li waqt li qed jitkellem Ġesù kien hemm xi ħadd u beda jgħajjat li ma jaqbilx miegħu, jew qalulu “itlaq ’il barra mis-sinagoga”… Read more »

Let’s appreciate the time given to us by the Lord – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Iż-żewġ ġrajjiet li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju llum, hu u jitkellem man-nies – il-massakru li kien għamel Pilatu mill-Galilin, u t-torri li kien waqa’ fuq 18-il ruħ u qatilhom – kienu ġrajjiet li n-nies ta’ dak iż-żmien kienu midħla tagħhom, u baqgħu jsemmuhom. U kienu dak iż-żmien, bħalma nistaqsu aħna llum, jagħmlu l-mistoqsija: għaliex? Għaliex dawk in-nies kienu hemmhekk, meta waqa’ t-torri u qatilhom? … Read more »

To bear fruit – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħawwilha bid-dwieli”. Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew illum fuq dan is-sid tal-għalqa li ħawwel l-għalqa tiegħu bid-dwieli u fdaha f’idejn xi bdiewa. Fl-Iskrittura, it-tixbiha mal-għalqa tad-dwieli għandha tifsira kbira. Għaliex? Għax l-għalqa tad-dwieli kienet tfisser ħafna għan-nies fi żmien Ġesù, u anke qabel. Kienet xi ħaġa għażiża. Għalhekk meta qed jgħid li s-sid iqabbel l-għalqa tad-dwieli lil xi bdiewa, qed jitkellem fuq l-għożża ta’ Alla għall-poplu tiegħu… Read more »

What does it mean not to judge? – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din is-silta qasira mill-Evanġelju skont San Luqa għandha messaġġ qawwi ħafna għal ħajjitna, mhux biss għal xi ċirkustanza partikulari imma għall-ħajja ordinarja tagħna.

Ġesù lid-dixxipli tiegħu qed jgħidilhom: “Tiġġudikawx… tikkundannawx”. Aħna nafu li fil-ħajja tagħna kultant niġġudikaw u nikkundannaw, u jiġrilna hekk għax ngħaddu l-ġudizzji tagħna fuq dak li jidher minn barra, jew dak li nkunu smajna fuq xi ħadd, jew l-impressjoni li jkollna, u dan faċli jwassalna għal ġudizzju tal-persuna, anke tal-qalb tal-persuna… Read more »

Becoming fully awake

Mass on the Second Sunday of Lent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej fuq il-muntanja hi ġrajja li baqgħet stampata fil-moħħ u fil-qalb ta’ dawk it-tlett iħbieb ta’ ġewwa li Ġesù ħa miegħu – Pietru, Ġwanni u Ġakbu.

X’jiġri fuq din il-muntanja? Ġesù, jgħidilna San Luqa fl-Evanġelju, tela’ hemm bi skop: biex jitlob. U kien proprju huwa u jitlob li sseħħ bidla li jistgħu jarawha t-tlett iħbieb: fid-dehra ta’ wiċċu, u l-ilbiesi li saru ta’ bjuda li tgħammex… Read more »

Build on solid ground – Bishop Galea-Curmi

Mass with the graduates of the University of Malta

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Jum il-Gradwazzjoni hu jum ta’ ferħ u sodisfazzjon għalikom, għeżież ħbieb, u għal dawk kollha li akkumpanjawkom tul is-snin fil-korsijiet tagħkom. Hu ta’ sodisfazzjon akbar speċjalment meta tqisu tant xkiel u diffikultajiet li kellkom tħabbtu wiċċkom magħhom f’dawn l-aħħar sentejn minħabba l-pandemija, li ħarbtet il-ħajja ta’ ħafna u kienet ta’ dannu għas-saħħa mentali ta’ ħafna.

Nixtieq minn qalbi nifirħilkom u nifraħ magħkom… Read more »