Homilies by the Auxiliary Bishop

It’s called a house of prayer – Bishop Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għar tal-ħallelin” (Mk 11:17). Dan kien il-kliem iebes li qal Ġesù meta daħal fit-tempju. Daħal hemmhekk u ra l-bejjiegħa u x-xerrejja, u keċċiehom ’il barra; imbagħad qaleb l-imwejjed tas-sarrrafa tal-flus u s-siġġijiet ta’ dawk li kienu jbigħu l-ħamiem, u ma ħalla lil ħadd li kien mgħobbi b’xi ħaġa jaqsam it-tempju. Immaġinaw din ix-xena ta’ flus fl-art, imwejjed u s-siġġijiet rashom ’l isfel… Read more »

The church has a mother – Bishop Galea-Curmi

Photo by Bennet P Biju L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien il-Papa Franġisku li ried li l-għada ta’ Għid il-Ħamsin tiġi ċċelebrata t-tifkira ta’ Marija Omm il-Knisja u Xbieha tal-Knisja. Għaliex proprju l-għada ta’ Għid il-Ħamsin? Għax ilbieraħ aħna ċċelebrajna t-twelid tal-Knisja, u llum l-Papa jrid li niftakru li din il-Knisja għandha omm – Marija. Marija hija Omm il-Knisja u xbieha tal-Knisja. 

Kienu diversi qaddisin tul is-snin li sejħu lil Marija “Omm il-Knisja”, u kien il-Papa Pawlu VI, waqt il-Konċilju Vatikan II, li ried li hi jkollha dan it-titlu speċjali: Marija Omm il-Knisja… Read more »

A dialogue of love – Bishop Galea-Curmi

Photo by Jasmine Carter L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna fl-Evanġelju llum dan id-djalogu sabiħ bejn Ġesù u Xmun Pietru. Hawnhekk qegħdin fejn il-baħar ta’ Tiberija, meta Ġesù deher għat-tielet darba, wara l-qawmien tiegħu mill-mewt, lid-dixxipli tiegħu. Dawn kienu għamlu lejl sħiħ jistadu u ma qabdu xejn, u Ġesù qalilhom: “waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa, u ssibu” (Ġw 21:6). U għamlu hekk u qabdu ħafna ħut… Read more »

A journey of 50 years – Bishop Galea-Curmi

  Saint Joseph's Parish Church, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħamsin sena ilu jien kont abbati fiċ-ċelebrazzjoni li tat bidu għat-twaqqif ta’ din il-parroċċa. Niftakar kelli disa’ snin, kont hawnhekk quddiem. Illum hu b’ferħ kbir li qiegħed flimkien magħkom niċċelebra l-ħamsin sena ta’ din il-parroċċa, flimkien mat-tletin sena tal-konsegrazzjoni ta’ din il-knisja.

Gratitudni

Qabel xejn, hi okkażjoni ta’ ringrazzjament lil Alla għaliex, kif smajna proprju fil-kelma tiegħu, huwa hu li jmexxi l-Knisja tiegħu… Read more »

If only! – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mgħallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek!” Dan hu dak li jfissru l-kliem bil-Latin li l-inizjali tagħhom hu “MUSEUM”, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, u dan hu dak li smajna fl-Evanġelju skont San Mark meta Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk 16:15).

Aħna llum qed niċċelebraw il-mitt sena tas-Soċjetà tal-Museum f’Ħal Balzan… Read more »

Towards our heavenly home – Bishop Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Kongregazzjoni tal-Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù, Mrieħel

Photo by Magda Ehlers L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom” (Atti 1:9). Dan hu li naqraw fl-Atti tal-Appostli, l-ispjega ta’ din il-ġrajja ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema. Meta naraw ir-rakkont ta’ din il-ġrajja, u anke kultant pitturi li jġibu din il-ġrajja, qisu l-ewwel sensazzjoni li nħossu hija ta’ firda: Ġesù qiegħed mad-dixxipli, ikellimhom, jgħidilhom x’għandhom jagħmlu, u mbagħad jinfired minn magħhom, jitla’ ’l fuq u d-dixxipli jibqgħu  jħarsu ’l fuq. 

Imma, fil-fatt, aktar ma naqraw ’il quddiem l-Atti tal-Appostli stess, insibu li din il-firda kienet għal ftit mumenti… Read more »

From sorrow to joy – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Photo by Jill Wellington L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena” (Ġw 16:20) Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum. Dan huwa parti mid-diskors tal-Aħħar Ċena, meta Ġesù qed jitkellem kemm fuq it-tbatija tiegħu, il-passjoni u l-mewt – meta jgħid “intom għad tibku u tingħu” u “iġġarrbu n-niket” –  kif ukoll fuq il-qawmien tiegħu – meta jgħid: “in-niket tagħkom għad jinbidel f’hena”… Read more »

How he loved us – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Photo by Pixabay L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kif ħabbejtkom jien.” Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju llum, meta kien qed ifissrilhom il-kmandament tal-imħabba. Qalilhom: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien” (Ġw 15:12). Hawnhekk Ġesù qed jgħid lid-dixxipli tiegħu li hu jrid li l-imħabba tkun il-qalba tal-ħajja tagħhom, anke tal-ħajja tagħhom flimkien. Imma mbagħad jispjegalhom x’qed ifisser bl-imħabba… Read more »

The measure of how much we truly love him – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

Photo by Jasmine Carter L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għal darbtejn f’din is-silta qasira fl-Evanġelju llum, Ġesù jirrepeti l-istess ħaġa. Jgħid: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 14:15); u ftit wara: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21).

Għaliex Ġesù jenfasizza daqshekk l-imħabba lejh u kif għandha tintwera din l-imħabba lejh? L-ewwel nett, dan hu kliem li qed jgħid fl-Aħħar Ċena, ftit qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu, fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu… Read more »

We show love through our actions – Bishop Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21). Hekk jgħid Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Ġwann, lid-dixxipli tiegħu; u f’din is-silta qasira jenfasizza ħafna l-imħabba – isemmiha seba’ darbiet. Imma mhux hawn biss. Anke ftit qabel, f’dan l-istess diskors tal-Aħħar Ċena, Ġesù kien tkellem fuq l-imħabba u qal lid-dixxipli: “Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin” (Ġw 13:34)… Read more »