He changes the question – Bishop Galea-Curmi
25/09/2023 Saint Sebastian's Parish Church, Ħal QormiL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“U l-proxxmu tiegħi min hu?” (Lq 10:29) Din hi d-domanda li, kif rajna fl-Evanġelju llum, għamel l-għaref tal-liġi lil dak li kien il-milja tal-għerf, Ġesù.
Ġesù kien spjega kif l-akbar kmandament huwa li tħobb lill-Mulej Alla tiegħek “b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha, u l-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Lq 1:26); u dan l-għaref għamillu d-domanda: “u l-proxxmu tiegħi min hu?”
Jekk naraw dak li jgħid Ġesù fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, nindunaw li Ġesù, bħala edukatur veru tajjeb, jgħinu mhux biss biex ikollu risposta għad-domanda tiegħu, imma biex jagħraf li hemm bżonn jibdel id-domanda tiegħu… Read more »














