Homilies by the Auxiliary Bishop

Let us not live life distracted – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib” (Lq 21:28). Dan huwa l-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Akklamazzjoni ta’ qabel l-Evanġelju, meħud mill-Evanġelju skont San Luqa. 

Ħaġa li żgur tolqotna hi li hawnhekk nisimgħu dan il-kliem “Qawwu qalbkom”, imma mbagħad meta naqraw l-Evanġelju jagħtina l-impressjoni li ma hemm xejn li jqawwilna qalbna u li jgħinna biex nerfgħu rasna… Read more »

A peace that is built on justice – Bishop Galea-Curmi

Mass with the participation of the delegates from the Commissions of Justice and Peace Commissions of Europe

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

#kt-adv-heading_efecd2-da, #kt-adv-heading_efecd2-da .wp-block-kadence-advancedheading {font-size:22px;} Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

The first words in today’s readings are: “Love justice” (Wisdom 1:1). In his Encyclical Fratelli Tutti, Pope Francis emphasizes that peace is built on justice. It is proactive, and aims at forming a society based on service to others and on the pursuit of reconciliation and mutual development (cf Fratelli Tutti, 229)… Read more »

Wisdom that does good – Bishop Galea-Curmi

Mass with new University graduates

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“L-għerf hu spirtu li jagħmel il-ġid” (Ktieb tal-Għerf 1:6). Din is-sentenza mill-Ktieb tal-Għerf tiġbor dak li nixtieq nawguralkom, għeżież studenti li qed tiċċelebraw Jum il-Gradwazzjoni tagħkom. Max-xewqa hija wkoll it-talba tiegħi biex il-Mulej jagħtikom l-għajnuna ħalli l-għerf li intom ksibtu jkun tassew spirtu li jagħmel il-ġid.

Żgur li meta tħarsu lura lejn is-snin tagħkom fl-Università, hemm ħafna ta’ xiex illum tirringrazzjaw lil Alla… Read more »

Scandal and forgiveness – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla ta’ tħin u jitfgħuh il-baħar” (Lq 17:2). Dan huwa l-kliem qawwi li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju fuq min jagħti skandlu. Partikolarment fuq min jagħti skandlu, jgħid Ġesù, “lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin”. Hu kliem iebes dan fuq fomm Ġesù, mhux sikwit li nisimgħu dan il-kliem iebes minn Ġesù. Imma Ġesù kien l-aktar iebes ma’ dawk li huma ipokriti u ma’ dawk li jagħtu skandlu… Read more »

The Lord will reward us – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti hemm espressjoni li tgħid: “patta parapatta”. Tintuża l-aktar meta xi ħadd ipatti b’azzjoni ħażina għal azzjoni ħażina li jkun irċieva, qisha l-espressjoni li kien semma Ġesù “għajn b’għajn u sinna b’sinna” (Mt 5:38). Nafu kemm issir ħsara meta jiġri hekk, u speċjalment nafu x’ħerba ssir meta jkun hemm gwerra li tibda patta parapatta, u tispiċċa ħafna agħar. Bħalissa qegħdin naraw kemm vittmi innoċenti jispiċċaw maqtula f’Gaża, u ftit qabel kemm vittmi innoċenti spiċċaw maqtula f’Israel… Read more »

Don’t throw away the good – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kulma jgħidulkom huma, agħmluh u ħarsuh. Iżda tagħmlux kif jagħmlu huma” (Mt 23:3). Din il-kelma ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju llum hi kelma ta’ għajnuna kbira għalina, għax issib nies li jkollhom din id-diffikultà, jgħidulek: “fil-Knisja hemm nies li huma ipokriti. Kultant tisma’ saċerdot qed jipprietka, imma ma tarahx jagħmel dak li jipprietka!” Hawn min li minħabba f’hekk, għax jidhirlu li s-saċerdot qed jgħid mod u jagħmel mod ieħor, jarmi kollox… Read more »

The call for sanctity in today’s world – Bishop Galea-Curmi

  Saint Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Ifirħu u Thennew, il-Papa Franġisku jitkellem fuq il-qdusija, is-sejħa ta’ kulħadd għall-qdusija. U jgħid: nistgħu niddiskutu ħafna, u hemm ħafna teoriji fuq xi tfisser qdusija, u ħafna tifsir u distinzjonijiet, li huma siewja. Imma jgħid: ikun aħjar li morru fil-qalba tal-kliem ta’ Kristu fuq xi tfisser il-qdusija, u l-aħjar hu li naraw dak li jgħid Ġesù fil-Beatitudnijiet, li għadna kemm smajna fl-Evanġelju llum skont San Mattew… Read more »

Let us always do good – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Hemm sitt ijiem li fihom wieħed għandu jaħdem; mela fihom ejjew biex titfejqu, u mhux is-Sibt!” (Lq 13:14). Din hija d-dikjarazzjoni li għamel il-kap tas-Sinagoga, u skont l-Evanġelju, għamilha “b’saħna fuqu”. Ir-raġuni kienet illi Ġesù kien għadu kif fejjaq mara li kienet ilha tmintax-il sena sħaħ marida u, minħabba l-mard tagħha, kienet ukoll milwija ħafna, lanqas kienet tista’ toqgħod dritta. 

X’naraw fl-attitudni ta’ Ġesù, mbagħad min-naħa l-oħra, tal-kap tas-Sinagoga? … Read more »

The beauty of love – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of the Sisters of Charity, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir tal-liġi?” (Mt 22:36). Din il-mistoqsija li għamlu lil Ġesù – kif smajna fl-Evanġelju llum – kienet fi żmien Ġesù mistoqsija li jagħmlu l-għorrief biex jagħżlu liema fost il-kmandamenti kien l-iktar wieħed importanti. Kellhom diversi liġijiet u kmandamenti – kien hemm ’l fuq minn 600, uħud jgħidulek x’għandek tagħmel u oħrajn x’m’għandekx tagħmel. U kienu jiddilettaw jagħmlu din id-diskussjoni biex jagħrfu liema hu l-kmandament l-iktar importanti… Read more »

Truly following the right path – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh?” (Lq 12:56). Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju lin-nies. Hawnhekk qiegħed jilmenta magħhom illi fejn jidħol it-temp, in-nies kapaċi jaraw is-sinjali, u jgħidu jekk hix ġejja x-xita jew jekk hix se tagħmel is-sħana; imma mbagħad, ma kinux kapaċi jaraw is-sinjali taż-żmien, jiġifieri, li Alla ġie jżurhom permezz ta’ Ibnu Ġesù. 

Kellu raġun jilmenta Ġesù? … Read more »