Spread happiness – Bishop Galea‑Curmi
06/10/2024 The Parish Church of St Cajetan, ĦamrunL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Xerrdu l-ferħ minn qlubkom hienja”. Dan hu l-bidu tal-Innu popolari lil San Gejtanu, u żgur li jesprimi dak li tħossu issa li San Gejtanu reġa’ lura f’daru, hawnhekk fil-knisja Arċipretali ddedikata lilu, il-Ħamrun.
Imma kien dan il-ferħ ukoll li ħafna ħassew f’din l-esperjenza speċjali, unika, li l-vara ta’ San Gejtanu ħalliet il-Ħamrun biex tmur Ruma fl-okkażjoni tal-ħames ċentinarju tal-professjoni solenni ta’ San Gejtanu minn Thiene u l-ewwel imsieħba tiegħu, it-Teatini, li kienet saret fil-Bażilka ta’ San Pietru, il-Vatikan, nhar l-14 ta’ Settembru, 1524… Read more »














