The choice between foolishness and wisdom – Bishop Galea‑Curmi
30/08/2024 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Għaxar xebbiet “ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus” (Mt 25:1). Ġesù jirrakkonta din il-parabbola ta’ dawn l-għaxar xebbiet, u jxebbahhom mas-Saltna tas-Smewwiet. Minn barra ma tarax id-differenza: dawn huma x-xebbiet li għandhom l-imsiebaħ f’idejhom, lesti biex jilqgħu l-għarus. U fil-fatt, l-istorja tgħid li l-għarus dam ma ġie, u għalhekk ilkoll raqdu.
X’inhi d-differenza bejn dawn ix-xebbiet? Ġesù stess jitkellem fuq id-differenza bejn ħamsa minnhom u l-ħamsa l-oħra… Read more »














