Homilies by the Auxiliary Bishop

Signs of hope – Bishop Galea-Curmi on the opening of the Forensic Year

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mill-bqija, ħuti, f’dan għandkom taħsbu: f’kulma hu veru, f’kulma hu xieraq, f’kulma hu ġust, f’kulma hu safi, f’kulma jiġbed l-imħabba, f’kulma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kulma hu virtù, f’kulma ħaqqu t-tifħir; f’dan kollu aħsbu” (Fil 4:8)

Il-kliem li smajna ta’ San Pawl lill-Filippin jippreżenta sfida qawwija lilna lkoll. Nixtieq nipproponi partikularment dan il-kliem għar-riflessjoni tagħkom fil-bidu tas-Sena Forensi, għax jgħinkom biex tkunu sinjali ta’ tama fis-soċjetà Maltija… Read more »

Turning upside down – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom” (Lq 9:47). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa llum – li Ġesù għaraf id-dixxipli tiegħu x’kellhom f’moħħhom. Huma kienu qed jiddiskutu bejniethom – l-Evanġelju jgħid li “qamet kwestjoni bejniethom” (Lq 9:46) – u Ġesù ma kienx wieħed minn dawk li qed jiddiskuti magħhom. Imma Ġesù, avolja lilu ma nvolvewhx, għaraf x’kellhom f’moħhom. Mhijex l-ewwel darba li naraw hekk fl-Evanġelju… Read more »

It does not depend on the popular consensus – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan” (Lq 9:21). Dan hu l-kliem li naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa fuq Ġesù li lid-dixxipli tiegħu qalilhom b’insistenza biex ma jgħidu lil ħadd. Għalxiex kien qed jgħid hawnhekk? Għal meta Pietru qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla” (Lq 9:20). Hemmhekk Ġesù insista – hawn jgħidlek “ikkmandahom u qalilhom ħafna” – biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Read more »

At the roots of our pastoral commitment – Bishop Galea‑Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tahom qawwa u setgħa” (Lq 9:1). Fl-Evanġelju skont San Luqa, meta Ġesù jsejjaħ lit-tnax madwaru, l-Evanġelju jgħidilna li “tahom qawwa u setgħa”. Kien hu li sejħilhom, kien hu li tahom qawwa u setgħa, kien hu li bagħathom imbagħad ixandru s-Saltna ta’ Alla, ifejqu l-morda, ikeċċu x-xjaten.

Minnu ġejja l-qawwa

Hawn diġà għandna messaġġ tassew importanti għalina lkoll li naħdmu fi ħdan il-Knisja għalikom li intom operaturi pastorali f’diversi oqsma ta’ din il-parroċċa tal-Iklin… Read more »

We should not hide what is good – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda” (Lq 8:16). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Luqa, u jgħidu lill-folla. Hu kliem li n-nies jifhmuh, għax jekk int tixgħel musbieħ, tixegħlu biex tqiegħdu f’post fejn jista’ jagħti d-dawl. Għalhekk Ġesù jgħid li tqiegħdu fuq l-imnara, li kienet lampa medjevali li kienet tintuża biex tista’ tqiegħed il-musbieħ, u msiebaħ oħra, biex jistgħu jagħtu d-dawl… Read more »

Jesus’ way of life – Bishop Galea‑Curmi

  Annunciation Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù kellu diversi diżappunti fil-ħajja. U f’dan l-Evanġelju hawn aktar minn diżappunt wieħed. L-ewwel wieħed hu meta kien qed ikellem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom minn xiex kien se jgħaddi: li se jgħaddi minn tbatija kbira, joqtluh, u wara tlett ijiem iqum mill-mewt. U r-reazzjoni tagħhom kienet li d-dixxipli “ma fehmhux” (Mk 9:32). L-Evanġelju jgħid: ma fehmuhx, imma wkoll beżgħu jistaqsuh.

Imma d-diżappunt kien ikbar għal Ġesù meta hu ntebah li waqt li hu kien qed jgħidilhom b’dak li kien se jgħaddi minnu, huma fuqiex kienu qegħdin jitkellmu? … Read more »

Francis on corruption

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

Corruption involves the abuse of entrusted power for private gain by individuals or institutions in the public and private sectors.It comes in many shapes and forms, such as bribery, embezzlement, kickbacks, double dealing, money laundering and fraud.

Pope Francis has consistently addressed the issue of corruption, accentuating its destructive impact on individuals and society. He describes corruption as a “grave sin” that not only harms personal integrity but also threatens the very foundations of social life… Read more »

We rejoice and give thanks – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the 50th anniversary of the religious profession of Sr Damian Thérèse

  Little Sisters of the Poor, Ħamrun

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

With great joy, we are celebrating the 50th anniversary of Sr Damian Thérèse’s religious profession. As we have prayed in the Psalm: we “give thanks to the Lord for he is good” (Psalm 136:1). It is a beautiful occasion to reflect on the faithfulness of God and the commitment of Sr Damian to her religious vocation.

We are here to celebrate fifty years of her religious life, marking a journey of faith, commitment, and service… Read more »

The choice between good and harm – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Huma xegħlu bil-korla” (Lq 6:11). Din kienet ir-reazzjoni tal-kittieba u l-Fariżej wara li Ġesù fejjaq lil dan ir-raġel li kellu idu niexfa, u idu reġgħet saritlu qawwija u sħiħa.

Ma xegħlux bil-korla għaliex Ġesù fejqu, imma għax fejqu f’Jum is-Sibt. Kienu diġà qegħdin jaraw minn qabel, qisu qalbhom ħebrithom li Ġesù kien se jagħmel xi waħda f’Jum is-Sibt. Kienu qegħdin moħħhom fih biex jaraw x’se jagħmel… Read more »

Life wins – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu” (Mt 1:1). B’dawn l-ewwel kelmiet jiftaħ l-Evanġelju skont San Mattew, u jibda b’lista twila ta’ ismijiet, wieħed wara l-ieħor, ta’ nies li huma antenati ta’ Ġużeppi, il-missier putattiv ta’ Ġesù. Hemm stejjer twal dwar dawn l-antenati u d-diversità tagħhom. Imma nixtieq li qalb dawn il-ħafna ismijiet ninnutaw il-kelma li tinstema’ kontinwament f’din is-silta tal-Evanġelju: il-kelma “nissel” u magħha nisel jew tnissil… Read more »