Homilies by the Auxiliary Bishop

Light in a dark valley – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Imqar jekk nimxi f’wied mudlam ma nibżax mill-ħsara għax inti miegħi” (Salm 23:4). Dan hu li tlabna fis-Salm illum, u għedna għalhekk li l-Mulej, li hu r-ragħaj tagħna, imexxina dejjem, anke fil-mumenti mudlama tal-ħajja. B’kuntrast mal-“wied mudlam”, hemm dan li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju, meta jgħid: “Jiena d-dawl tad-dinja” (Ġw 8:12). Dan hu d-dawl li jgħinna fil-mumenti kollha tal-ħajja tagħna, imma speċjalment fil-mumenti l-iktar mudlama… Read more »

With wisdom and courage – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kienu qegħdin ifittxu li joqtluh” (Ġw 7:1.25). Għal darbtejn, f’din is-silta qasira, nisimgħu li kien hemm min lil Ġesù kien qed ifittex li joqtlu. U aktar ’il quddiem jgħid li “fittxew jaqbduh” (Ġw 7:30). Fil-fatt, hawnhekk Ġesu qiegħed qalb nies li wħud minnhom aċċettawh, u wħud minnhom irrifjutawh. F’dal-kapitlu sebgħa ta’ San Ġwann, hemm ideat differenti fuq Ġesù. Hemm min jgħid li hu raġel tajjeb, hemm min jgħid li qed iwassal tagħlim tajjeb, hemm min jgħid li jrid iqarraq… Read more »

Missionary disciples – Bishop Galea‑Curmi

Closing of the parish's 25th anniversary celebrations

  Ibrag Parish Church

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kien hu li bagħatni”. Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù fit-tempju meta qed jitkellem fuq il-Missier, u jgħid lin-nies: “Jien min għandu ġej, u kien hu li bagħatni” (Ġw 7:29). Dan li jgħid Ġesù għandu tifsira kbira għalina lkoll, speċjalment għal din il-komunità, il-Parroċċa tal-Ibraġ, li qed tiċċelebra l-25 anniversarju tagħha bħala parroċċa.

Nixtieq li nħarsu lejn Ġesù f’din il-ġrajja tal-lum, mill-Evanġelju skont San Ġwann, għax għandha ħafna x’tgħallimna kif aħna nkunu, kif jixtieq minna l-Papa Franġisku, dixxipli missjunarji f’din il-komunità… Read more »

A word that comes to pass – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Inżel, Mulej, qabel ma jmutli t-tifel!” (Ġw 4:49) Din kienet it-talba ħerqana li għamel l-uffiċċjal tas-sultan meta mar ifittex lil Ġesù u talbu biex imur id-dar ħalli jfejjaqlu lil ibnu. Kien fittex lil Ġesù għax ra li Ġesù seta’ jfejjaq lil ibnu.

Ħa nħarsu lejn dan l-uffiċċjal tas-sultan illi, bħal kull missier li jħobb ħafna lill-familja, għamel minn kollox għal ibnu, għax ibnu kien wasal fl-aħħar, u ried li Ġesù jmur biex fejqu… Read more »

Endless love – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nies midinba jilqa’ għandu, u jiekol magħhom!” (Lq 15:2). Dan kien l-ilment li l-Fariżej u l-kittieba kienu qed jagħmlu fuq Ġesù, kif naraw fl-Evanġelju tal-lum. U, b’risposta għal dan, Ġesù, flok jipprova jfehimhom b’ħafna kliem, jgħidilhom tliet parabboli, li minnhom hawnhekk għandna l-iktar waħda twila: il-parabbola li nsejħula ħafna drabi “tal-iben il-ħali”. Ġesù, fil-fatt, ried jikkonferma dak li qalu huma b’ilment, jiġifieri: li jilqa’ n-nies midinba u magħhom jiekol… Read more »

God does good to everyone – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel” (Lq 4:29). Hekk naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa fuq dawn in-nies li kienu semgħu lil Ġesù fis-sinagoga, imbagħad qabdu u ħarġuh minn hemm, ħaduh fuq xifer ta’ rdum biex jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Kien attentat ta’ qtil. Riedu jeliminawh lil Ġesù, imma kif smajna fl-Evanġelju, jidher li Ġesu ħarbilhom.

X’kienet din ir-reazzjoni ħarxa għall-kliem ta’ Ġesù? … Read more »

A community of faith, hope and love – Bishop Galea‑Curmi

Iklin parish - 20 years parish

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ma hemm ebda kelma mniżżla fl-Evanġelju li qal San Ġużepp. Imma l-ħajja tiegħu tgħajjat aktar minn kull kelma li seta’ jgħid. Nixtieq li nirriflettu fuq ix-xhieda ta’ fidi, ta’ tama, u ta’ mħabba li naraw fil-ħajja tiegħu.

Naħseb li din ix-xhieda tiegħu hija ta’ għajnuna għal kull wieħed u waħda minna, kif ukoll għall-komunità parrokkjali tal-Iklin, intom u tiċċelebraw l-għoxrin sena parroċċa… Read more »

Recognising the gift of time that God gives us – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna fl-Evanġelju llum żewġ ġrajjiet li kienu għamlu ħafna ħoss fi żmien Ġesù. Waħda minnhom il-ġrajja tal-massakru li għamel Pilatu, meta kien qatel numru ta’ nies mill-Galilija b’vendikazzjoni, aktarx meta kienu qed joffru s-sagrifiċċju tagħhom; u l-oħra meta waqa’ t-Torri ta’ Silwam u qatel tmintax-il ruħ. Dawn il-ġrajjiet kienu impressjonaw lin-nies, u diversi kienu jaħsbu dak iż-żmien li jekk tiġrilek xi xi ħaġa ħażina bħal dawn it-traġedji, it-tort huwa tiegħek… Read more »

Five powerful words – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħennu, tiġġudikawx, tikkundannawx, aħfru, agħtu. Dawn il-ħames kelmiet jgħid Ġesù llum fl- Evanġelju skont San Luqa. Id-diskors hu qasir ħafna, imma huma kelmiet li jfissru ħafna. Nafu li mhux faċli li dawn ngħixuhom fil-prattika. Imma jekk Ġesù dawn jgħidhom lid-dixxipli tiegħu, ifisser li hu possibbli li aħna ngħixuhom.

Ġesù jgħid: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36). Alla hu ħanin u twajjeb magħna… Read more »

More demanding, for our own good – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù ġabar il-kmandamenti kollha ta’ Alla fi kmandament wieħed: “Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (Mk 12:30-31). Meta Ġesù għamel hekk, mhux biex il-kmandamenti jagħmilhom aktar laxki, anzi biex jagħmilhom aktar esiġenti, u jmur fil-fond tal-qalb tagħna.

Dan hu li naraw illum fl-Evanġelju, meta Ġesù lin-nies jgħidilhom: “Smajtu x’intqal lin-nies ta’ dari: ‘la toqtolx’” (Mt 5:21)… Read more »