Homilies by the Auxiliary Bishop

Let’s fill our hearts with God rather than things which leave them empty – The Auxiliary Bishop

Quddiesa fil-Festa ta’ Sant’Ursola li ddedikat ħajjitha b’mod sħiħ lil Alla

  Il-Monasteru Sant’Ursola, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fl-istorja tal-Knisja hawn qaddisin li hemm ħafna x’taqra fuqhom, l-istorja ta’ ħajjithom hija mżewqa b’ħafna episodji, u qaddisin ukoll li kitbu ħafna, ħallew ħafna kitba li hija ta’ ġid għall-ħajja spiritwali. Imbagħad hemm oħrajn li kważi li m’hemm xejn fuqhom imma nafu xi ħaġa żgħira u din ix-xi ħaġa żgħira fil-fatt hija xi ħaġa kbira l-għaliex tmur fil-qalba tal-ħajja Nisranija… Read more »

To godparents: God is trusting the lives of these adolescents in your hands to help them grow in Christian faith – The Auxiliary Bishop

10 adolexxenti jirċievu l-Griżma tal-Isqof fil-Parroċċa f’Ta’ Xbiex

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għal din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa qegħdin 10 u ħa nsaqsi mistoqsija lilkom, lilkom l-10 li se tirċievu llum is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Hawn xi ħadd minnkom illi jiftakar dakinhar tal-Magħmudija? Jidher m’hawn ħadd. Jiena tiegħi ma niftakarhiex, naħseb il-kappillan lanqas, Patri Elija lanqas u ħafna minna hawn – jista’ jkun hawn xi ħadd jiftakarha – imma ħafna minna hawn ma niftakrux dakinhar tal-Magħmudija u ma niftakruhiex għax dakinhar mhux aħna ġejna l-knisja imma ġabuna l-ġenituri tagħna… Read more »

Gratitude to God and to others leads to joy and peace in our hearts – The Auxiliary Bishop

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-bidu tal-Adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja Parrokkjali Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun
    12 ta’ Ottubru 2019

    John Henry Newman, li għada jiġi ddikjarat qaddis minn Papa Franġisku, għandu kelma f’waqtha ħafna fuq il-gratitudni. Jgħid li għandna nistaqsu lilna nfusna kemm-il darba tlabna meta konna għaddejjin minn żmien ta’ prova, u kemm-il darba rringrazzjajna lil Alla meta t-talb tagħna nstema’…

  • Read more »

A home which reminds us of our consecration – Auxiliary Bishop

Quddiesa fl-okkażjoni tas-70 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali ta' San Girgor

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema
    11 ta’ Ottubru 2019

     

    “Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli niġi għandek”. Dan il-kliem li Ġesù qal lil Żakkew meta kien fuq is-siġra jistennieh jgħaddi, kien kliem li ħasad lil Żakkew…

  • Read more »

The charisms within the Church communion – The Auxiliary Bishop

L-Isqof Joseph Galea-Curmi jindirizza seminar forum għall-għaqdiet u movimenti, MCYN u l-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali (PFI)

  • Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Kurja tal-Arċisqof
    28 ta’ Settembru 2019

    Fis-seminar tas-16 ta’ Marzu 2019, fuq is-sinodalità fil-Knisja, f’punt nru 5 (mill-10 punti) tkellimt dwar is-sinodalità li tfisser valorizzazzjoni tal-kariżmi, parteċipazzjoni, korresponsabbiltà:

    “Karatteristika ta’ dan l-istil ta’ Knisja hi l-valorizzazzjoni tal-kariżmi li l-Ispirtu jagħti skont il-vokazzjoni u r-rwol ta’ kull wieħed u waħda mill-membri tiegħu, permezz ta’ dinamiżmu ta’ korresponsabbiltà…

  • Read more »

St Francis: poverty that helps you live in freedom and simplicity – The Auxiliary Bishop

Quddiesa f’lejlet il-Festa ta’ San Franġisk t’Assisi

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex
    3 ta’ Ottubru 2019

    San Franġisk hu qaddis popolari. Kif issemmih, ħafna mill-ewwel iġibu quddiem għajnejhom il-paċi, l-ambjent, il-faqar. Dan bir-raġun, għax San Franġisk hu xhud ta’ kif tkun strument tal-paċi, kif tirrispetta l-ħolqien, u ta’ kif tgħix il-faqar u tħobb u tgħin lill-fqar…

  • Read more »

A home dear and open to all – The Auxiliary Bishop

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    8 ta’ Ottubru 2019

    “Tassew li Alla se jgħammar fuq l-art?” Din id-domanda li smajna fl-ewwel qari mill-Ktieb tas-Slaten għamilha Salamun wieqaf quddiem l-artal tal-Mulej bil-ġemgħa ta’ Iżrael quddiemu. Hu kien bena t-tempju tal-Mulej, u beda juri s-stagħġib tiegħu kif Alla, li l-art u s-smewwiet ma jesgħuhx, se jgħammar fid-dar li bena hu…

  • Read more »

Trusting fully in Jesus and Our Lady – The Auxiliary Bishop

Quddiesa fl-ewwel anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja Parrokkjali Sacro Cuor, Tas-Sliema
    29 ta’ Settembru 2019

     

    Fil-ġrajja tat-tieġ ta’ Kana, hemm kelma li tolqotni ħafna. Meta Ġesù jkellem lill-qaddejja, wara li Ommu Marija qaltlu li naqashom l-inbid, hu jgħidilhom: “Imlew il-ġarar bl-ilma”. U r-rakkont jgħid li dawk il-qaddejja mlew is-sitt ġarar “sax-xifer”…

  • Read more »

Bishop Joe’s Podcasts

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jitkellem dwar: l-ħatra tal-Isqof Mario Grech biex iservi fil-Vatikan, il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati u li ħadd m’għandu jispiċċa skart tal-istorja, u l-ħidma tal-Knisja f’Malta biex tilqa’ u tintegra lill-immigranti fil-komunità.

Din l-intervista xxandret fuq 103, fis-6 ta’ Ottubru 2019 Read more »

An open heart and timely action – The Auxiliary Bishop

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju ta' erba' Sorijiet tal-Karità

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien
    29 ta’ Settembru 2019

    Kieku f’din l-istorja ta’ Lazzru l-fqir ifittex il-frak li jaqa’ mill-mejda tal-għani li kien jiffanga fl-ikel, kien hemm fil-viċin is-sorijiet tal-Karità, ma naħsibx li lil Lazzru kienu jħalluh hemmhekk għal ħin twil. Kienu jieħdu azzjoni ta’ tip jew ieħor, għax dik hi l-kariżma tagħhom li mexxiethom tul is-snin…

  • Read more »