Faith that leads to healing and new life – Bishop Galea‑Curmi
08/07/2025 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Qabdu jiddieħku bih” (Mt 9:24). Dan hu li naqraw f’din l-istorja mill-Evanġelju skont San Mattew, li tirrakkontalna anzi żewġ stejjer flimkien: il-fejqan tal-mara li kienet ilha tnax-il sena tbati mit-tnixxija tad-demm, u l-qawmien għall-ħajja tat-tifla ta’ wieħed mill-kapijiet. Ħa naraw ftit din il-ġrajja, u nħarsu lejn dawn in-nies li resqu lejn Ġesù, kif ukoll lejn Ġesù nnifsu.
L-ewwel nett, wieħed mill-kapijiet li mar ikellem lil Ġesù, inxteħet f’riġlejh, u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet… Read more »













