God takes care of us – Bishop Galea-Curmi
15/10/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hemm kelma li Ġesù jgħidha b’enfasi fl-Evanġelju tal-lum: “tibżgħux”. Hi l-kelma li niltaqgħu magħha ħafna drabi fl-Iskrittura, speċjalment meta Alla jsejjaħ lil xi ħadd u jagħtih missjoni. Dejjem jgħidlu: “tibżax”. U Ġesù nnifsu użaha kemm-il darba mad-dixxipli tiegħu: “tibżgħux”.
Għalfejn Ġesù jgħid “tibżgħux” lid-dixxipli tiegħu? L-ewwel nett, għax aħna qegħdin taħt il-ħarsien ta’ Alla, li jieħu ħsiebna. U għalhekk ma għandniex għalfejn nibżgħu: għax hemm Alla li jieħu ħsiebna… Read more »













