When rushing is good – Bishop Galea-Curmi
Mass on the Fourth Sunday of Advent
19/12/2021 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-Papa Franġisku għażel bħala tema għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tas-sena d-dieħla l-kliem li smajna llum fir-rakkont tal-Evanġelju: “Marija qamet u marret tħaffef…” Hu jenfasizza ħafna l-kelma “tħaffef”, għaliex hawnhekk fl-Evanġelju naraw lil Marija li mhux biss marret iżżur lil Eliżabetta, imma marret “tħaffef” biex tkun magħha.
Għaliex din il-kelma “tħaffef” għandha daqshekk tifsira hawnhekk? Nifhmu xi tfisser meta naraw ir-rakkont ta’ qabel dan, dak ta’ meta l-anġlu Gabrijel iħabbar lil Marija li hi se tkun Omm Ġesù, u hi, li għall-bidu ma fehmitx, meta fehmet li minn Alla, qalet “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”… Read more »