Featured

Church in Malta joins Pope Francis in praying for Russia and Ukraine

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

Nhar il‑Ġimgħa li ġej, 25 ta’ Marzu 2022, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta se tingħaqad mal‑Papa Franġisku fit-talba ta’ konsagrazzjoni tal-umanità, b’mod partikulari tar‑Russja u l‑Ukrajna, lill‑Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija. Il‑Papa stieden lill‑isqfijiet, is‑saċerdoti u l‑lajċi jissieħbu miegħu fit‑talb għall‑paċi permezz ta’ din il‑konsagrazzjoni. Din se ssir waqt ċelebrazzjoni penitenzjali fil‑Bażilka ta’ San Pietru, il‑Vatikan, li tibda fil‑5pm.

Dakinhar, fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, il‑quddiesa tad‑9:30am li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt se tkun offruta għal din l‑intenzjoni tal‑Papa… Read more »

Ilkoll Aħwa: Justice, mercy and reconciliation

  St Mary’s Parish, Ħ’Attard

The fourth dialogue session of Ilkoll Aħwa is taking place on 25th March with the theme chosen being ‘Justice, mercy and reconciliation’, which are three pillars of Pope Francis’ teachings. Whether in the intimacy of our homes or in the political sphere, they are necessary for our well-being built on strong relationships. The dialogue will be led by Dr Nadia Delicata

Justice is based on truth about the equal dignity of every human being and how we all have a right to flourish in a healthy environment, through a network of caring and stable relationships, while enriched by the cultural heritage as passed on by our ancestors… Read more »

We will be judged according to how we judge others – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Ġesù hi ċara ħafna. Anke l-parabbola li jagħtina llum hi parabbola qawwija u għażiża. Aħna min jaf kemm-il darba, kuljum, għandna bżonn nitolbu maħfra lil Alla ta’ xi nuqqas, ta’ xi dnub, ta’ xi falliment, ta’ xi kattiverja. Imbagħad insibuha bit-tqila, li dak li Alla jagħmel magħna, nagħmluh ma’ ħaddieħor. Għalhekk il-Mulej, fit-talba li għallimna, għallimna nitolbu hekk: “Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil minn hu ħati għalina” (Mt 6:12)… Read more »

Driven out of town because he told the truth – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tolqotna r-reazzjoni vjolenti tan-nies li fis-sinagoga kienu qed jisimgħu lil Ġesù. Meta semgħuh, jgħidilna l-Evanġelju, dawn qamu, ħarġuh ’il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Verament vjolenti! Lanqas tgħid, pereżempju, li waqt li qed jitkellem Ġesù kien hemm xi ħadd u beda jgħajjat li ma jaqbilx miegħu, jew qalulu “itlaq ’il barra mis-sinagoga”… Read more »

Let’s appreciate the time given to us by the Lord – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Iż-żewġ ġrajjiet li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju llum, hu u jitkellem man-nies – il-massakru li kien għamel Pilatu mill-Galilin, u t-torri li kien waqa’ fuq 18-il ruħ u qatilhom – kienu ġrajjiet li n-nies ta’ dak iż-żmien kienu midħla tagħhom, u baqgħu jsemmuhom. U kienu dak iż-żmien, bħalma nistaqsu aħna llum, jagħmlu l-mistoqsija: għaliex? Għaliex dawk in-nies kienu hemmhekk, meta waqa’ t-torri u qatilhom? … Read more »

You have to be patient first and foremost with yourself – The Archbishop

Mass of the third Sunday of Lent with the scrutiny of Catechumens

  The Shrine of Our Lady of Mellieħa, Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jibda minn żewġ fatti li ġraw fi żmienu. Wieħed minnhom kien att vjolenti ħafna, traġiku, abbuż kbir ta’ poter: Pilatu li joqtol diversi Lhud mill-Galilija li kienu qegħdin joffru s-sagrifiċċju, xi ħaġa li forsi ma għoġbitux u b’risposta qatilhom u kif jgħid Ġesù din l-espressjoni qawwija ħafna: “ħallat demmhom mal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom” (Lq 13:1).

Il-mistoqsija ta’ Ġesù hi mistoqsija li jagħmel ukoll lilna: “Taħsbu intom li dawn kien jistħoqqilhom din il-mewta kiefra, dan it-tmiem krudili? … Read more »

The Sunday Gospel: 20th of March

Third Sunday of Lent
Readings of the day

First Reading: Exodus 3:1-8a,13-15
Psalm: 102(103):1-2,3-4,6-7,8,11
Second Reading: 1 Corinthians 10:1-6,10-12

L-Evanġelju: Luke 13:1-9

Some people told Jesus about the Galileans whose blood Pilate had mingled with the blood of their sacrifices. He said to them in reply, “Do you think that because these Galileans suffered in this way they were greater sinners than all other Galileans? … Read more »

Thousands to attend Pope Francis’ Mass on the Granaries

Two weeks away from Pope Francis' apostolic journey in Malta

The Diocesan Organising Committee for the Pope’s visit has published an artistic impression of the platform to be built on the Floriana Granaries, and on which Pope Francis will celebrate Mass on Sunday 3rd April at 10.15am. The platform has been designed by artistic director Carlo Schembri in collaboration with architect Joe Bondin who is handling its structure, as well as Mr Anton Attard who is handling logistics… Read more »

To bear fruit – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħawwilha bid-dwieli”. Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew illum fuq dan is-sid tal-għalqa li ħawwel l-għalqa tiegħu bid-dwieli u fdaha f’idejn xi bdiewa. Fl-Iskrittura, it-tixbiha mal-għalqa tad-dwieli għandha tifsira kbira. Għaliex? Għax l-għalqa tad-dwieli kienet tfisser ħafna għan-nies fi żmien Ġesù, u anke qabel. Kienet xi ħaġa għażiża. Għalhekk meta qed jgħid li s-sid iqabbel l-għalqa tad-dwieli lil xi bdiewa, qed jitkellem fuq l-għożża ta’ Alla għall-poplu tiegħu… Read more »

Financial support for Caritas’ New Hope project

  San Blas, Siġġiewi

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal issiġilla ftehim ieħor mal-Fondazzjoni Caritas, bi ftehim li jlaħħaq l-€4.2 miljun. Dan l-investiment se jkun qed iwassal biex jitmexxa l-proġett New Hope, li jgħin persuni jegħlbu diffikultajiet b’rabta mal-użu tad-droga.

Il-proġett New Hope se jkun qed jipprovdi programmi ta’ rijabilitazzjoni, għall-irġiel u n-nisa rispettivament f’San Blas. Dan il-ftehim mifrux fuq medda ta’ tliet snin, hu mħejji biex jagħti sapport lill-klijenti u sens ta’ empowerment, li jwassalhom biex jerġgħu jintegraw lura fis-soċjetà… Read more »