Featured

Proclaimer of the Gospel – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Mark

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Mark hu wieħed mill-erba’ evanġelisti. Kien il-kuġin ta’ San Barnaba, u fil-fatt narawh flimkien ma’ Barnaba u Pawlu f’wieħed mill-vjaġġi missjunarji tagħhom. Imbagħad kien hemm xi żmien li kien hemm nuqqas ta’ ftehim, kif naqraw fl-Atti tal-Appostli Kapitlu 15, u spiċċa hu jmur ma’ Barnaba, u Pawl band’oħra. Imma iktar ’l quddiem naraw li jerġgħu flimkien. San Pawl fit-Tieni Ittra lil Timotju jgħidlu: “Ħu ’l Marku u ġibu miegħek għax hu jiswieli ħafna għall-ministeru” (2 Tim 4:11)… Read more »

The Sunday Gospel: 24th April

Divine Mercy Sunday
Readings of the day

First Reading: Atti 5:12-16
Psalm: 117(118):2-4,22-24,25-27a
Second Reading: Revelations 1:9-11a,12-13,17-19

Gospel: John 20:19-31

On the evening of that first day of the week, when the doors were locked, where the disciples were, for fear of the Jews, Jesus came and stood in their midst and said to them, «Peace be with you.» When he had said this, he showed them his hands and his side… Read more »

They were not able to pull the net – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ix-xibka… ma felħux jiġbduha daqskemm qabdu ħut”. Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann, dan ir-rakkont sabiħ ta’ waħda mid-dehriet ta’ Kristu Rxoxt lid-dixxipli tiegħu. U kienet għalihom tassew sorpriża, għax dawn is-seba’ dixxipli, u Pietru diġà hu l-kap tagħhom hawnhekk, joħorġu jistadu u jagħmlu l-lejl sħiħ u ma jaqbdu xejn. Issa dawn kienu esperti fis-sajd. Imbagħad jaraw lil dan ir-raġel, għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù, li jgħidilhom, wara li staqsiehom fuq l-ikel: “Waddbu x-xibka fuq in-naħa tal-lemin tad-dgħajsa, u ssibu”… Read more »

Commitment as strong as the wind that cleanses – Bishop Galea-Curmi

Mass for the repose of the soul of Daphne Caruana Galizia

  The Church of St Francis, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għadna kif għexna t-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Hemm osservazzjoni interessanti li jagħmel il-Papa Benedittu XVI fil-ktieb tiegħu fuq Ġesù ta’ Nażaret, meta jitkellem fuq ir-rakkont tal-passjoni ta’ Ġesù. Hu jitkellem fuq meta Ġesù daħal Ġerusalemm u kien milqugħ b’mod trijonfali min-nies, li bdew jgħajtu: “Osanna, imbierek min ġej f’isem il-Mulej”. Imbagħad, ftit wara, naraw lil Ġesù quddiem Pilatu, u l-folla tgħajjat “Sallbu”, u tagħżel li teħles lill-brigant u ssallab lil Sid il-ħajja… Read more »

Pope at Audience: Bring your young children, closer to the elderly, always bring them closer

  The Vatican

Dear brothers and sisters, good morning!

Today, with the help of the Word of God that we have heard, we open a passage through the fragility of old age, marked in a special way by the experiences of confusion and despondency, of loss and abandonment, of disillusionment and doubt. Of course, the experiences of our frailty in the face of life’s dramatic – sometimes tragic – situations can occur at any stage of life… Read more »

The Assumption of Our Lady reminds us of the resurrection – The Archbishop

Mass on the 100th anniversary of the arrival of the titular statue of the Assumption of Our Lady

  The Parish Church of the Assumption of Our Lady, Mġarr

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Marija ta’ Magdala tersaq lejn il-qabar ta’ Ġesù, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd. Kienet qed tfittex il-katavru għażiż ta’ Ġesù. L-idea tagħha, bħal ta’ nisa devoti oħra, kienet li jidilku l-ġisem għażiż, imma mejjet ta’ Ġesù bil-fwejjaħ. Att ta’ qima u ta’ mħabba; imma li fl-istess ħin ma jsirx u lanqas ixejjen il-liġi tat-tħassir ta’ kull ġisem li jmut. Tmur ħdejn il-qabar u mhux biss issib il-ġebla mgerrba imma wkoll il-qabar vojt… Read more »

The Archbishop asks: How is the Risen Lord different?

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-ġranet u f’dawn il-ġimgħat se nisimgħu diversi rakkonti tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Waħda mill-affarijiet li toloqtna hija li d-dixxipli għexu miegħu għal minn tal-anqas tliet snin u kienu jafuh sew; bħalma kienet tafu sew Marija ta’ Magdala li kienet marret fil-jum tal-Ħadd ħdejn il-qabar tfittex katavru biex tkompli r-ritwal tad-dilka bil-fwejjaħ. Kienet taf lil Ġesù, kienet taf il-fatizzi tiegħu imma l-Evanġelju jinsisti li ħarset lejh u ma għarfitux… Read more »

The children will never forget this and neither will I! – Pope Francis in Gozo

Bishop Teuma reveals what the Pope told him in Gozo

L-Isqof Anton Teuma jiżvela dak li qallu l-Papa f’Għawdex

Fil-ħin li l-Papa Franġisku kien akkumpanjat mill-Isqof Anton Teuma tul iż-żjara tiegħu f’Għawdex, huma kellhom diskursati profondi flimkien. Fil-fatt wara ż-żjara l-Isqof t’Għawdex beda jikteb dak li qallu għax “dak il-kliem ma jridx jintilef”.

F’intervista mal-Editur ta’ Newsbook, Kevin Papagiorcopulo, l-Isqof Teuma jirrakkonta li kien mal-Papa mix-xatt sa ta’ Pinu u lura sax-Xatt… Read more »

“Do not be afraid to keep on spreading the Good News” – The Archbishop to the priests celebrating 60 years of priesthood

  Dar tal-Kleru, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarijiet li timpressjonani mill-Evanġelju ta’ San Mattew li qrajna llum, hi li jinsisti ħafna fuq li Ġesù kien ittradut għal 30 biċċa tal-fidda, prezz li Ġuda aċċetta bit-transazzjoni li għamel mal-kapijiet biex ikun jista’ jagħtihom lil Ġesù.

Imma anke llum nerġgħu nisimgħu b’dawn l-imberkin flus; il-flus li aċċettaw is-suldati biex jagħtu verżjoni uffiċjali ta’ x’ġara fl-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd… Read more »

New Creation in Christ – Bishop Galea-Curmi

Solemn Easter Vigil of the Lord's Resurrection

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bħal-lum 95 sena ilu twieled il-Papa Emeritu Benedittu XVI. Dakinhar kien ukoll Sibt il-Għid. Imwieled f’Sibt il-Għid, il-Papa Benedittu XVI hu wieħed minn dawk li jfisser b’mod hekk sabiħ il-ġrajja tal-Qawmien ta’ Kristu, l-ikbar ġrajja għalina. Nixtieq li nieħu żewġ espressjonijiet li hu jgħid, li fihom tifsira kbira ħafna u li lilna jistgħu jkunu wkoll ta’ għajnuna għall-ħajja tagħna. Isejjaħ il-ġrajja tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu “splużjoni ta’ dawl” u “splużjoni ta’ mħabba”… Read more »