How all will know who you are – Bishop Galea-Curmi
Mass on the fifth Sunday of Easter
15/05/2022 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu…” L-ewwel kelmiet ta’ din is-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann turina l-waqt meta Ġesù, waqt l-Aħħar Ċena, qal il-kliem li smajna fl-Evanġelju. Kien għadu kif ħabbar li wieħed mid-dixxipli kien se jittradih, u d-dixxipli stagħġbu u bdew jippruvaw jaraw min, għax Ġesù ma kienx semma ismu. Imbagħad Ġesù qal: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu”, u għamel hekk u taha lil Ġuda, u Ġuda ħadha u ħareġ miċ-ċenaklu… Read more »














