The Easter Vigil is an invitation for us to start anew – The Archbishop
08/04/2023 St John's Co-Cathedral, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Maż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa” (Mt 28:1) – hekk jibda r-rakkont mill-kapitlu 28 ta’ San Mattew li għadna kemm smajna. U din is-sahra tal-lejl, dan il-lejl qaddis trid twassalna biex “maż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa”, tal-Ħadd, aħna niskopru mhux biss jum ġdid imma wkoll ħolqien ġdid.
Il-liturġija li qegħdin niċċelebraw illum bit-tberik tan-nar, bit-tberik tal-ilma, bil-kelma ta’ Alla li tkellimna fuq ir-rakkont tal-ħolqien imma wkoll ir-rakkont tas-salvazzjoni tal-poplu Lhudi mill-iskjavitù, imbagħad ix-xandira tas-salvazzjoni li ġabilna Ġesù, hija propju il-liturġija tal-ħolqien ġdid mhux biss tal-kreazzjoni imma tar-rikreazzjoni… Read more »














